Esploraturi ċkejknin!
Fl-għodwa tat-Tnejn 3 ta’ Novembru, qed nistiednu lil tfal ta’ madwar 8 snin biex jaħtfu l-opportunità u jużaw il-vaganzi tal-iskola biex jingħaqdu magħna f’attività ħelwa u mhux tas-soltu fis-sit megalitiku Ta’ Ħaġrat, fil-qalba tal-Imġarr.
Fl-avveniment ‘Ħudni Ta’ Ħaġrat, Nann!’, li se jibda fl-10:00am u jintemm għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-parteċipanti se jesploraw dan is-sit ta’ Wirt Dinji flimkien man-nannu jew nanna tagħhom.
Fi żjara gwidata mill-kuraturi, bil-Malti u animata għat-tfal, il-parteċipanti se jiskopru l-ġrajja wara dan is-sit preistoriku affaxxinanti li ġie skopert aktar minn mitt sena ilu, proprju fl-1917. Wara ż-żjara, in-nanniet se jgħinu lit-tfal jiktbu u jibagħtu ittra lill-għalliem/a jew lil xi ħadd tal-għażla tagħhom, bħala attività kreattiva u memorabbli.
Bħala tifkira, kull parteċipant se jingħata ritratt speċjali tal-okkażjoni.
Il-postijiet huma limitati, biex tiġi żgurata esperjenza immersiva u pjaċevoli għal kulħadd. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu minn hawn u mill-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta.
Ħudni Ta’ Ħaġrat, Nann!
Family Event
03 Nov 2025
It-Tnejn: 10.00 - 12.00
L-lmġarr, Malta
Studenti 8 snin akkumpanjat min-nanna/u €7
Getting Here
Public Transport
The closest bus stop is 5 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey