Description
Additional Information
Nhar is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Ottubru, ingħaqad magħna fi żjara gwidata bil-Malti, offruta bla ħlas, sabiex tiskopri l-patrimonju artistiku u intanġibbli marbut mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid fil-Birgu.
Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien ma’ Heritage Malta u l-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira tal-Birgu, bħala parti minn sensiela ta’ inizjattivi fl-okkażjoni tar-raba’ edizzjoni tal-Jiem tan-Network Ewropew tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir. Il-Kunsill huwa affiljat f’dan in-network flimkien ma’ bliet oħra Ewropej li fl-istess tmiem il-ġimgħa ser ikunu qegħdin jiċċelebraw il-wirt kulturali marbut ma’ dawn il-festi.
Iż-żjara tibda fl-10:00am b’introduzzjoni fil-wirja permanenti tal-Palazz tal-Inkwiżitur, u tkompli b’attrazzjonijiet oħrajn mifruxa madwar il-Birgu. Naslu fi tmiem ir-rotta għall-ħabta tal-11:30am.
Erfa' postok billi taqta’ biljett minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn http://www.heritagemalta.org/store . Niltaqgħu fid-daħla tal-Palazz tal-Inkwiżitur, kwarta qabel kull żjara.
Persuni bi sfidi ta’ mobbiltà jistgħu jsibu l-aċċess għall-Palazz tal-Inkwiżitur u l-madwar diffiċli minħabba t-taraġ.
| Type | Adult, Senior, Student, Children |
|---|










