Description
Additional Information
L-attività taż-Żerniq se ssir is-Sibt, 18 ta’ Ottubru 2025. L-attività, li ssir bil-Malti, tibda fis-6:30 ta’ filgħodu, waqt tlugħ ix-xemx u tispiċċa għad-9:00am u ser tkun ibbażata fuq it-tema “Ir-relazzjoni bejn il-popolazzjoni Neolitika u l-ambjent”. Din tinkludi taħlita ta’ kontributi informattivi u mumenti ta’ kwiet fejn il-parteċipanti jkunu jistgħu jirriflettu u jgawdu l-ambjent ta’ madwarhom. Wara ssir żjara f’Ħaġar Qim, fejn jintwerew eżempji prattiċi relatati mal-kontributi diskussi, u mbagħad ikun offrut kolazzjon fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Min jixtieq, ikun jista’ jkompli l-esperjenza bi żjara fl-Imnajdra wara l-attività. Huwa rakkomandat li l-parteċipanti jġibu magħhom flixkun ilma, mat biex ipoġġu fuqu u jilbsu żarbun komdu. Il-prezz tal-attività huwa ta’ €25, jew €20 għall- membri.
| Type | Adult, Senior, Student, Children, Member |
|---|



