L-attività taż-Żerniq se ssir is-Sibt, 18 ta’ Ottubru 2025. L-attività, li ssir bil-Malti, tibda fis-6:30 ta’ filgħodu u tispiċċa fid-9:00am u ser tkun ibbażata fuq it-tema “Ir-relazzjoni bejn il-popolazzjoni Neolitika u l-ambjent”.
Din tinkludi taħlita ta’ kontributi informattivi u mumenti ta’ kwiet fejn il-parteċipanti jkunu jistgħu jirriflettu u jgawdu l-ambjent ta’ madwarhom. Wara ssir żjara f’Ħaġar Qim, fejn jintwerew eżempji prattiċi relatati mal-kontributi diskussi, u mbagħad ikun offrut kolazzjon fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Min jixtieq, ikun jista’ jkompli l-esperjenza bi żjara fl-Imnajdra wara l-attività.
Huwa rakkomandat li l-parteċipanti jġibu magħhom flixkun ilma u jilbsu żarbun komdu.
Il-prezz tal-attività huwa ta’ €25, jew €20 għall- membri.
(LOW AVAILABILITY) Il-Bniedem u l-Madwar – Iż-Żerniq
Event
18 Oct 2025
Saturday: 06.30 - 09.00
Il-Qrendi , Malta
Adult €25.00
Member €20.00
Getting Here
Address
Ħaġar Qim Archaeological Site,
Triq Hagar Qim, Il-Qrendi QRD 2501,
Il-Qrendi ,
Malta
Public Transport
The closest bus stop is 4 minutes on foot. Interested in getting here by public transport?
Plan your journey